Friday, March 12, 2010

TEAM NEWS V BLACKBURN
Bentley, Huddlestone, Jenas, King, Lennon, Cudicini, Woodgate all out injured. David and JJ closing in on a return to training - Carlo is scheduled to have a plate removed from his wrist next week.

Thursday, March 11, 2010

INTERVISTA MA' OSVALDO ARDILES

Fil-granet li ghaddew kelli l-opportunita li niltaqa’ mar-rebbieh tat-Tazza tad-Dinja mal-Argentina u ex-plejer ta’ Tottenham Osvaldo Ardiles. L-okkazjoni kienet intervista pubblika li ghamiltlu f'lukanda ewlenija fil-Floriana. Nista' nghid li kienet diskursata interessanti hafna fejn dawk mistiedna mhux biss segwew b'attenzjoni izda kellhom l-opportunita li anki huma jaghmlu l-mistoqsijiet taghhom.

Ardiles, li twieled fit-3 t'Awissu tal-1952, kien parti mit-tim Argentin li rebah it-Tazza tad-Dinja fl-1978. Dakinhar fil-finali ta' Buones Aires it-tim ta' Menotti gheleb lill-Olanda 3-1 fil-hin barrani. F'dak it-tim Ardiles laghab ma' plejers bhal Daniel Passarella, Mario Kempes, Daniel Bertoni u Americo Gallego.

Ardiles laghab ukoll fit-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn laghab ma dak li hu jiddeskrivi bhala "habib hafna tieghi" Diego Armando Maradona. Il-hbiberija sinciera bejn Ardiles u Maradona tohrog mill-fatt li meta mistoqsi jekk jahsibx li Maradona huwa l-kowc li jista' jwassal lill-Argentina ghar-rebh tat-Tazza tad-Dinja, Ardiles ghazel li ma jikkummentax u qal li, "ma' Maradona laghabt ghal 8 snin u sirna hbieb. Ma nissugrax nikkummenta dwaru ghax kull kumment jista' jigi nterpretat hazin".

Kurzita li rajna matul it-Tazza tad-Dinja tal-1982 kien il-fatt li Ardiles laghab bin-numru wiehed, numru normalment assocjat mal-gowlkiper. B'cajta Ardiles qal li kellu n-numru wiehed "ghax kont l-aqwa plejer".

Izda mbaghad huwa spjega li fl-iskwadra tal-1982 kien hemm numru ta' plejers li riedu n-numru 10 u ghalhekk il-federazzjoni Argentina iddecidiet li tqssam in-numri skond l-ordni alfabetika. Hekk Ardiles spicca ha n-numru wiehed. Jidher li fl-1978 kienet intuzat l-istess sistema. Dakinhar Ardiles kellu n-numru 2 bin-numru 1 imur ghand il-midfielder Norberto Alonso.

Dwar is-success tat-Tazza tad-Dinja Ardiles jiftakar li t-tim nazzjonali Argentin kien taht pressjoni kbira minhabba li kien qed jilghab f'daru. Huwa jghid li kien ferm dubjuz ghal finali izda beda l-loghoba u rnexxielu jvinci sebghin minuta fejn kellu parti fil-gowl li bih l-Argentina marru fil-vantagg, bl-Olanda eventwalment igibu d-draw fit-tieni taqsima.

L-aktar mument li Ardiles jiftakar minn din il-finali hu ix-xutt ta' Rob Rensenbrink fl-ahhar minuta, xutt li skond Ardiles, "...kien diehel gewwa, kien gowl cert. Ghidt daqshekk, spicca kollox. Addio Tazza tad-Dinja...izda l-ballun bidel id-direzzjoni tieghu fl-ahhar sekonda u b'xi mod laqat il-lasta. Ftit li xejn niftakar minn dik il-gurnata imma s-silenzju perfett sakemm il-ballun deher diehel u n-nifs kbir kollettiv li nstema' fl-istejdjum meta habat mal-lasta niftakarhom cari daqs il-kristall”.

Ir-rebh tat-Tazza tad-Dinja fetah orizzonti godda ghal Ardiles u ftit wara, flimkien ma' Ricky Villla, spicca jilghab fl-Ingilterra ma' Tottenham. Ma' Tottenham Ardiles rebah l-FA Cup darbtejn u t-Tazza UEFA fl-1984.

F'White Hart Lane huwa laghab ma' plejers bhal Glenn Hoddle, siehbu Villa, u Steve Perryman. Wara l-1984 Ardiles halla l-Ingilterra u mar jilghab ma' PSG fi Franza izda wara sena huwa rega' sab ruhu bil-flokk abjad ta' Tottenham. Hawn baqa' sal-1988 u anki ghamel sena bhala care taker manager bejn it-tluq ta' David Pleat u l-hatra ta' Terry Venables.

Meta kkummenta dwar it-trasferiment tieghu ghal ma Tottenham Ardiles qal li hu kien sorpriz daqs kulhadd. "Ridt immur nilghab fl-Ewropa u kien hemm hafna spekulazzjoini dwari. Kienu qed jissemmew biss il-kampjonat Spanjol dak Taljan u xi ftit il-kampjonat Franciz"

"Meta l-president ta' Huracan qalli li jriduni fl-Ingilterra bqajt b'halqi miftuh. Fuq il-futbol Ingliz ftit li xejn kont naf u fuq Tottenham anqas w anqas. Niftakar li lil maniger ta' Tottenham Keith Burkinshaw ikkonvincewh li ahjar jixtri zewg plejers u dan ha lili u lil Villa. Villa, bhali, qatt ma holom li jilghab l-Ingilterra u dejjem kien jghid li sejjer jilghab Spanja jew l-Italja"

Dwar Burkinshaw Ardiles jghid li dan "qatt ma pprova jghallimni l-futbol. Kien biss jiccalingjani. Qabel kull loghoba kien jghidli 'ejja champion tad-dinja- ha naraw x'kapaci taghmel kontra dan jew dak il-plejer'. Kultant nemmen li ghal plejers bhali dan kien tajjeb hafna. Burkinshaw kien ihallini nilghab il-loghoba tieghi u dan kien vantagg kbir ghalia"

Kontra dak li nisimghu dwar certu plejers illum, minkejja l-bdil fl-istil ta' loghob, klima, dieta u stil ta' hajja, Ardiles qal li hu qatt ma sabha difficli jissettilja fl-Ingilterra u fil-futbol Ingliz. Jinsisti li ghalih kienet xi haga facli hafna li jadatta. Hu qal ukoll li ma' Tottenham laghab ma plejers li jilghabu l-ballun mal-art- il-futbol li jilghab hu u ghalhekk ma sabx problema jintegra ruhu fit-tim.

Mistoqsi min kien l-ahjar plejer li laghab mieghu ma' Tottenham, bla tlaqlieq, Ardiles iwiegeb, "Glenn Hoddle..hasra li qatt ma kien daqshekk apprezzat mit-tim nazzjonali Ingliz".

La konna qed nitkellmu fuq il-karriera tieghu bhala plejer ma' Tottenham ma stajtx ma nsemmilux il-famuza kanzunetta rekordjata qabel il-finali tal-FA Cup tal-1981. Din kienet diska dwar il-holma ta' Ardiles li jilghab f'Wembley fejn Ardiles ikanta l-frazi , "...in the cup for Tottingham".

Din dahaqha. Qal li hu qatt ma ried jirrekordja d-diska izda fl-ahhar ikkoncvincewh. Ghall-ewwel m'ghogbitu xejn u ghamel zmien ma jridx jismaghha. "Imma issa bdiet toghgobni. Bdejt naraha tajba. Tant hi tajba li ghadha tindaqq sal-lum" qal Ardiles bid-dahqa.

Fost it-timijiet li kkowcja Ardiles fl-Ingilterra hemm Swindon Town u WBA fejn mat-tnejn irnexxielu jirbah promozzjoni. Ma' Swindon Ardiles baqa' maghruf ghal kif bidel is-sistema tal-ballun fit-tul ghal futbol mal-art.

Staqsejtu kemm kien difficli jew facli jibdel il-mentalita tal-plejers. Qalli li ghalih mhux kwistjoni ta' mentalita imma kwistjoni ta' kemm il-maniger kapaci jikkonvinci u jwassal il-messagg. "Il-futbol hekk ghandu jintlaghab. Mal-art. Meta bdew gejjin ir-rizultati u beda jidher il-frott il-bicca xoghol ma baqghetx difficli".

Bejn l-1993 u l-1994 Ardiles kien maniger ta' Tottenham fejn baqa' maghruf ghal-lineup offensiva li kienet tinkludi lil Jurgen Klinsmann, Teddy Sheringham, Darren Anderton, Illie Dumitrescu u Nicky Barmby. Staqsejtu jekk jahsibx li maniger ghandu jilghab il-plejers tajbin kollha anki jekk ibati xi ftit il-bilanc tat-tim.

Risposta cara u skjetta "Da zgur li mainger ghandu jilghab il-plejers tajbin kollha tieghu. Il-problema li kelli jien ma kinitx li t-tim kien offensiv wisq izda affarijiet ohra wara l-kwinti".

Tlabtu jelabora u hawn hareg id-dispjacir sincier li ghad ghandu sal-lum ghall- fatt li ha f'idejh lil Tottenham fi zmien hazin u mimli intricci interni. L-imhabba ghal Tottenham ghadha f'sahhitha hafna u Ardiles jaghmilha cara li xtaq mexxa lil Tottenham fi zminijiet aktar stabbli.

Tottenham kien ghadhom hergin mill-glieda bejn Alan Sugar u Terry Venables b'dan tal-ahhar jispicca barra l-klabb. "Messni qrajt is-sitwazzjoni ahjar. Venables kien ghadu kif tnehha mill-klabb u hafna mill-plejers li sibt jien kienu plejers tieghu. Dawn kienu ghal kollox kontra Sugar u qatt ma riedu li jitlaq Venables. Ghalhekk ftit stajt insib armonija u sapport. Barra minn hekk, jien kont laghabt ma' uhud mill-plejers u dawn sabuha difficli jaccettawnu bhala maniger taghhom".

"Mit-timijiet kollha li kkowcjajt Tottenham kien il-post fejn l-aktar li sibt problemi. L-intricci interni kienu inkredibbli. Fazzjoni tal-plajers baqghet leali lejn Venables u la d-decizjoinijiet ta' Sugar u lanqas jien ma konna accettati"

Dwar Sugar Ardiles jghid li l-intenzjonijiet tieghu kienu tajbin izda hu ma kienx bniedem tal-futbol u d-decizjonijiet mhux dejjem kienu l-ahjar ghall-klabb. "Ridt nixtri plejers Inglizi ghax kellna bzonnhom izda dawn qatt ma waslu".

Is-sitwazzjoni kompliet titgharraq meta Sugar gab lil Claude Litner bhala Chief Executive. "Dan beda jaqta' l-ispejjez b'mod li ma jaghhmilx sens u plejers kienu qed jigu urtati ghal xejn."

"Kelli wkoll kwistjoni mieghu dwar Teddy Sheringham fejn jien kont qed nahdem biex ingeddidlu l-kuntratt u Litner kien qed jittama li jsib lil xi hadd tajjeb daqsu b'nofs il-pagi li kellu Sheringham….Fiz-zmien li ghamilt bhala maniger ta' Tottenham kien qisni pumpier il-hin kollu nipprova nitfi n-nar".

Quddiem dawn il-problemi kollha ma stajtx ma nsaqsiehx kif fil-ktieb tieghu jghid li meta telaq minn ma' Tottenham kienet l-aktar haga li wegghetu fil-karriera tieghu. Infakkru li fl-awtobiografija tieghu Ardiles jghid, "...L-aktar haga difficli li gratli f'hajjti kienet li hallejt lil Tottenham. L-aktar zmien iswed ghalia wara l-gwerra tal-Falklands kien it-tluq tieghi minn ma' Tottenham".

"Lil Tottenham inhobbhom"....jirrispondi Ardiles "Dik id-dar tieghi. Tottenham huma hajjti. Dejjem emmint li kont destinat immexxi lil Spurs. Xtaqt hafna mexxejthom fi zminijiet differenti. Ghazilt zmien hazin wisq. Messni stennejt, izda meta giet is-sejha qalbi kkmandatni."

Tkellimna dwar Alan Sugar u r-relazzjoni ta' bejniethom. Kuntrarju ghal li jahsbu hafna nies Ardiles jghid li hu kellu relazzjoni tajba hafna ma' Sugar "...sakemm qalli 'you're fired' u spicca kollox" ikompli l-ex internazzjonali Argentin.

Kelli kurzita dwar anedottu li kont smajt dwar Alan Sugar fis-sens li dan ma riedx ihallas lil dawk il-plejers li kienu mwegga'. Ardiles ma wegibx "iva" izda bir-risposta tieghu ma halliex dubju li din l-istorja mhux 'il boghod hafna mill-verita.

Fl-ahhar tal-intervista irritornajna ghall-prezent u ghalaqna nitkellmu dwar kemm hu possibbli ghal timijiet bhal Tottenham u Aston Villa jiksbu post regolari mal-ewwel erbgha. Ghal Ardiles dan m'hu facli xejn.

"L-ewwel erbgha jinsabu f'cirku vizzjuz fis-sens pozittiv. Jikkwalifikaw ghac-champions league, jissahhu finanzjarjament u jattiraw l-ahjar plejers kemm minhabba l-pagi u kif ukoll minhabba l-attrazzjoni tac-Champions league infisha"

Ghal timijiet ohra huwa difficli jattiraw plejers tal-livell tac-Champions League. "Jistghu jattiraw plejers tajbin imma mhux plejers eccezzjonali li tassew jaghmlu d-differenza".

Skond Ardiles dan jistghu jaghmluh biss Manchester City ghax, minkejja li m'humiex fic-Champions League, jistghu jattiraw l-aqwa plejrs permezz tal-pagi.

"Jekk timijiet bhal Tottenham u Aston Villa jirnexxielhom jikkwalifikaw darba ghac-Champions League ir-rota tista' tibda ddur bil-mod izda li tikkwalifika l-ewwel darba huwa difficli ferm".

Ardiles jerga jwaqqa d-diskors fuq it-tim ta' qalbu- Tottenham- u jghid li fl-opinjoni tieghu it-tim jonqsu playmaker ta' certu klassi li jilghab il-loghoba ta' Spurs u attakkant tajjeb li jikkumplimenta lil Jermaine Defoe.

"Defoe qed jilghab tajjeb hafna u bi plejer ta' klassi li jikkumplimentah Tottenham ikollhom attakk fenomenali. F'nofs il-graswnd nara plejer wiehed li Tottneham jistghu jattiraw u li jaghmel id-differenza kollha. Plejer li jgib lil Tottenham jilghabu l-loghoba tat-Tottenham. Dan hu Juan Roman Riquelme ta' Boca Juniors"

U b'dak il-parir minghand min rebah it-Tazza tad-Dinja l-intervista giet fi tmiemha sabiex Ardiles seta' jqatta' ftit hin jitkellem mal-mistiedna dwar il-loghoba li tant ghadu jhobb.

MARK MIZZI

(i) Ritratt tal-intervista- Aidan Formosa
(ii) Iz-zjara ta’ Osvaldo Ardiles f’Malta kienet possibbli grazzi ghal Tottenham Hotspur Malta, MTA- Island of Gozo, Air Malta, Grand Hotel Excelsior, Kempinski Hotel San Lawrenz, Gozo Football Association, Sullivan Maritime, Marsovin, China Town (Mriehel, Cospicua),Waterline Restaurant (Marsascala)



FA CUP SEMI-FINAL DATES ANNOUNCED

The Football Association has announced the dates and times for the semi-finals of the FA Cup and Villa will take on Chelsea on Saturday, April 10, kick-off 6pm.
Sem-final draw...
Aston Villa v Chelsea, Saturday April 10, 6pm
Fulham/SPURS v Portsmouth, Sunday April 11, 5pm
Our quarter-final replay against Fulham will take place on 24th March at 8.45pm