Thursday, May 05, 2011

Borussia Dortmund campjins fil-Germanja

This article is not Spurs related.

Dan l-artiklu dwar Borussia Dortmund gie miktub mill-blogger Mark Mizzi u gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 5 ta' Mejju 2011


Is-Sibt li ghadda Borussia Dortmund rebhu s-seba’ titlu fl-istorja taghhom hekk kif filwaqt li huma ghelbu lil Nurenberg 2-0, l-eqreb rivali taghhom dan l-istagun Bayer Leverkusen tilfu kontra Cologne. B’dawn ir-rizultati Borussia Dortmund gew inkurunati campjins ghall-ewwel darba mill-2002 lil hawn. Dortmund issa ghandhom 8 punti vantagg fuq Bayer Leverkusen meta fadal biss 2 loghobiet ghal tmiem il-Bundesliga.

80,000 spetattur iccelebraw ir-rebh tal-kampjonat ta’ Dortmund bil-plejers Lucas Barrios u Robert Lewandowski jiskurjaw il-gowls importanti. Ghal Barrios dan kien l-14 –il gowl tal-istagun. Iz-zewg gowls waslu fl-ewwel taqsima biex it-tieni taqsima intlaghbet f’atmosfera ta’ festa specjalment meta sar maghruf li Leverkusen kienu jinsabu minn taht.

Dan is-success fil-kampjonat huwa wiehed tassew impressjonanti ghal Dortmund. Fost ir-ragunijiet ghal dan hemm il-fatt li l-kowc Juergen Klopp kellu ghad-dizpozizzjoni tieghu skwadra relattivament zaghzugha. Klopp irnexxielu jirbah il-kampjonat b’sett ta’ plejers li, jekk tnehhi lil gowlkiper Roman Weidenfeller, ghandhom eta medja ta’ 22 sena.

B’din l-sikwadra ic-campjins il-godda tal-futbol Germaniz rebhu 22 minn 32 partita u tilfu erba’ loghobiet biss. Dortmund kienu konsistenti u komplew jiksbu r-rizultati minkejja li fi zminijiet differenti tal-kampjonat tilfu plejers inportanti bhal Nuri Sahin, Shinji Kagawa, Sebastian Kehl u Patrick Owomoyela. Dan juri li s-success ta’ Dortmund ma kienx jiddependi biss mill-kapacita tal-plejers individwali izda mill-kollettiv u mill-mentalita li rnexxielu jdahhal il-kowc Klopp.

Fil-bidu tal-istagun Borussia Dortmund ma kienux mal-favoriti ghar-rebh tal-kampjonat. Ftit kienu dawk li tawhom cans jaslu sal-ahhar izda t-tim ta’ Klopp kellu ideat ohra u rnexxielhom isiru l-izghar tim fl-eta li qatt rebhu l-Bundesliga. Mhux ta’ b’xejn li wara l-loghoba kontra Nurenberg Klopp qal li, “t-tim tieghi ghamel xi haga straordinarja”.

Issa li Dortmund huma campjins il-mistoqsija hi jekk dan is-success hux se jkun xi haga ta’ darba jew jekk dan it-tim hux se jkun qed jiggieled ghall-unuri fil-Germanja b’mod konsistenti. Din il-mistoqsija tqum minhabba dak li gara fl-passat fejn rajna timijiet isiru campjins u wara jghaddu minn staguni relattivament medjokri.

Il-mistoqsija tqum ukoll minhabba l-fatt li donnu kull meta il-kampjonat jintrebah minn xi tim li ma jkunx mistenni il-kanuni jduru fuq Bayern Munich u l-klixe’ tkun li l-kampjonat intebah minn dak it-tim partikolari minhabba l-fatt li Bayern kellhom stagun hazin.

Dan l-istagun Bayern Munich kellhom stagun domestiku dizastruz u allura wiehed jistenna li jergghu jibdew jizzeffnu fin-nofs l-istess paraguni. Almenu kif jidhru l-affarijiet s’issa, fil-kaz ta’ Borussia Dortmund mhux bilfors se jkollna l-istess ezitu u l-livell li lahqu jistghu isostnuh.

Fil-passat ricenti rajna lil Stuttgart jirbhu l-kampjonat fl-2007 u Wolfsburg isiru campjins fl-2009. Dawn kienu zewg kampjonati mirbuha fl-istagun ta’ wara kompetizzjoni internazzjonali u hawn ikompli jissahhah l-argument ta’ dawk li jirragunaw li timijiet ohra jirbhu meta Bayern ma jkunux tajbin. L-argument hu li Bayern Munich dejjem ikollhom skwadra mimlija plejers internazzjonali u allura l-plejers taghhom ikunu ghajjenin meta jigu ghall-istagun domestiku.

Is-success ta’ Stuttgart u Wolfsburg ma kienx sostnut u l-ebda klabb minnhom ma rnexxielu jibni fuqu. Fl-istaguni ta’ wara r-rebh tat-titlu dawn iz-zewg timijiet ma zammewx il-livell taghhom u waqghu lura.

Jekk wiehed janalizza dawn iz-zewg staguni partikolari jinduna li fil-verita is-success taz-zewg timijiet ma kienx frott il-konsistenza u dan jikkonfermawh ir-rizultati matul l-istagun. Il-livell ta’ dawn iz-zewg klabbs mhux biss ma setax jigi sostnut wara r-rebh tal-kampjonat izda l-istess livell ottimu sahansitra lanqas gie sostnut b’mod konsistenti tul l-istess staguni li fihom rebhu l-kampjonat.

Fl-ewwel parti ta’ dawn il-kampjonati partikolari la Stuttgart u lanqas Wolfsburg ma wrew li ghandhom il-potenzjal li jsiru campjins. Izda t-tieni parti tal-istagun kienet storja differenti bi Stuttgart jirbhu l-ahhar tminn loghobiet u Wolfsburg jirbhu 14 mill-ahhar 17 –il loghoba tal-kampjonat.

L-istatistika turi li dawn kienu timijiet ta’ nofs stagun u mhux ta’ stagun shih. Minhabba l-forma fqira u aktar inkonsistenti ta’ klabbs ohra suppost pretendenti ghat-titlu, nofs stagun tajjeb kien bizzejjed biex dawn iz-zewg timijiet jiehdu l-kampjonat.

Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dan l-istagun fejn Borussia Dortmund urew livell gholi ta’ konsistenza tul l-istagun kollu. Dortmund hadu l-kmand tal-klassifika f’Ottubru u baqghu jiddefendu din il-pozizzjini sat-tmiem. B’zewg loghobiet ghal-tmiem l-istagun Dortmund ga qabzu t-total ta’ punti li kienu kisbu Stuttgart u Wolfsburg filwaqt li jistghu ukoll jiksru r-rekord tal-anqas gowls maqlugha fi stagun shih.

Il-konsistenza ta’ Borussia Dortmund kienet ir-rizultat ta’ livell ottimu fl-iskwadra kollha. Dan ukoll huwa kkonfermat mill-istatistika fejn skond ir-ratings tal-magazine Kicker l-aqwa hames plejers fil-Bundesliga huma plejers ta’ Dortmund. Is-sitt plejer huwa l-gowlkiper Manuel Neuer ta’ Schalke biex imbaghad il-lista tkompli bil-gowlkiper ta’ Dortmund Roman Weidenfeller.

Dortmund issa jridu jkunu lesti li jiffaccjaw il-problema ta’ interess minn klabbs ohra fl-aqwa plejers taghhom. Meta tim bhal Dortmund jaghmel hoss ikunu qed jaghmlu hoss ukoll il-plejrs tieghu u awtomatiakment dawn il-plejers jigbdu l-intress ta’ klabbs ohra Ewropej. Karrotti quddiem dawn il-plejers se jiddendlu zgur u biex huma jaghzlu li jibqghu mal-klabb iridu jkunu konvinti li Dortmund se jaghmlu minn kollox biex jibqghu mal-isfidanti ewlenin.

Dan mhux dejjem kien il-kaz u klabbs ohra Germanizi tilfu uhud mill-ahjar elementi taghhom wara li telghu fil-quccata tas-success. Huwa fatt li hafna mill-plejers regolari ta’ Dortmund huma kuntrattati sal-2103 pero llum il-kuntratti ftit li xejn jiswew u jekk plejer jaghmilha cara li jrid jitlaq il-klabb ma jkun jista’ jaghmel xejn biex izommu.

Favur Dortmund hija s-sitwazzjoni ekonomika tal-klabb li fil-prezent mhix prekarja daqs kemm kienet qabel. Sa ftit ilu offerti kbar ghall-ahjar plejers zgur li kienu jwasslu ghal trasferiment pero issa il-pagna inqalbet.

Fiz-zminijiet koroh id-dejn tal-klabb kien lahaq kwazi 120 miljun Ewro izda issa is-sitwazzjoni stabilizzat ruhha u d-dejn nizel ghal 73 miljun Ewro filwaqt li d-dhul qed jizboq l-infieq b’mod konsistenti. Bil-kwalifikazzjoni ghac-Champions League dan il-bilanc pozittiv ghandu jissahhah grazzi ghad-dhul li ggib maghha din il-kompetizzjoni.

Fl-ahhar snin Dortmund raw ukoll li jbiddlu s-sistema tal-akkwisti taghhom biex ma jergghux jingidmu kif ingidmu qabel u jigu f’sitwazzjoni li jkollhom bilfors ibieghu l-ahjar plejers taghhom. Kulhadd jiftakar il-vojt li hallew plejers bhal Marcio Amoroso, Jan Koller u Tomas Rosiciky li l-ingagg taghhom ma baqax sostenibbli.

Minflok imorru ghall-plejers bhal dawn Borussia Dortmund qed jakkwistaw talent zaghzugh sahansitra fl-eta fejn il-plejers ikun ghadhom se jiffirmaw l-ewwel kuntratt professjonali taghhom. B’hekk, minbarra tnaqqis fin-nefqa ghall-klabb, il-plejers ikunu nqabdu f’eta fejn ikunu jistghu jitilghu fis-sistema tal-klabb u jsibuha aktar facli li jaghmlu l-qabza ghall-ewwel tim.

Dan il-mudell ta’ ingaggar ta’ plejers wassal biex mill-2008 lil hawn 5 mill-ewwel tim ta’ Klopp inghaqdu ma’ Dortmund fl-eta ta’ bejn 19 u 21 sena. Id-dirigenti tal-klabb jidhru li se jibqghu jahdmu fuq dan il-mudell u f’Jannar li ghadda huma akkwistaw lill-plejer ta’ 18 –il sena Moritz Leitner li huwa meqjus wiehed mill-aqwa prospetti tal-futbol Germaniz.

Din is-sistema ta’ rekrutagg u s-success ta’ Dortmund huwa mera tas-success tat-tim nazzjonali Germaniz fejn fl-ahhar edizzjoni tat-tazza tad-Dinja rajna l-frott ta’ hafna xoghol u nvestiment fl-akkademji Germanizi. Xoghol u nvestiment li kkulminaw fil-produzzjoni ta’ plejers zaghazagh ta’ teknika u talent li sebbhu Tazza tad-Dinja u spiccaw jilghabu mal-aqwa timijiet fl-Ewropa.

Bhat-tim nazzjonali Germaniz Borussia Dortmiund qed jesponu l-merti ta’ success mibnu flok mixtri. Kif ghidt drabi ohra fis-sitwazzjoni ekonomika tal-lum ftit huma l-klabbs li jistghu jixtru s-success. U anki dawk li jixtru s-success m’ghandhomx garanzija li dan se jkun sostenibbli.

Success mibni ghandhu sisien aktar sodi. Jasal wara hafna pacenzja u sagrificcju izda l-beneficcji jistghu ikunu akbar. Success bhal dan ikun jiddependi fuq l-istruttura u s-sistema tal-klabb u mhux fuq l-individwi u dan ghandu jkun meqjus bhala vantagg kbir ghall-klabb koncernat.

F’dinja fejnil-kuntratti m’ghadhomx jiswew il-karta li jsiru fuqhom u fejn il-plejers ghandhom is-sahha jaghmlu li jridu ikun zball li klabb bhal Borussia Dortmund jibbaza l-futur tieghu fuq l-individwi.

B’dan l-mudell, jekk il-klabb ikun kapaci almenu jixtri dak il-plejer jew tnejn li jaghmlu d-differenza fil-grawnd u li bihom jikkonvincu lill-plejers l-ohra li l-klabb huwa wiehed ambizzjuz, ic-cans li Borussia Dortmund jigrilhom bhal Stuttgart u Wolfsburg ikun izghar.