Thursday, August 23, 2007


The following article (in Maltese) by Mark Mizzi (the blogger) was published on L-Orizzont on Thursday 23 August 2007. Since part of the article is aboput the Martin Jol situation, we decided to publish it on this blog as well.
MANIGERS FIL-PERIKLU

Ninsabu dehlin fit-tielet gurnata tal-Kampjonat Premier fl-Ingilterra u f’dan l-istadju bikri tal-istagun hemm min diga qed jipprova jbassar x’se jigri, jew ahjar, jaqta’ l-verdetti fuq dak li gara sa issa fejn il-bicca l-kbira tat-timijiet laghabu tlett loghobiet biss u ohrajn laghabu tnejn. Il-Malti jghid li l-gurnata minn fil-ghodu turik izda dan mhux dejjem jghodd ghal-loghoba tal-futbol. Fl-ewwel stadji tal-kampjonat it-timijiet ikun ghadhom qed joqghodu u l-plejers il-godda jkun ghadhom qed jidraw lil shabhom. Plejers li jkunu gew minn barra l-Premier League ikun ghadhom qed jidraw ir-ritmu ta’ dan il-kampjonat u l-klabbs promossi jkun ghadhom qed igawdu minn certu entuzjazmu tal-promozzjoni. Minhabba dan kollu ir-rizultati tal-ewwel loghobiet mhux bil-fors ikunu indikattivi ghal kumplament tal-istagun.

Wara biss tlett loghobiet diga qed jissemmew ukoll il-manigers li jistghu jitilfu posthom. Minkejja li ghadna kwazi ma rajna xejn mill-potenzjal veru tat-timijiet diga hemm manigers li qed jilghabu man-nar u dan jixhed il-pressjoni li jghixu fiha dawn il-manigers fejn kollox jiddependi mir-rizultati. L-aktar zewg ismijiet li qed jissemmew f’dan ir-rigward huma Sammy Lee ta’ Bolton u Martin Jol ta’ Tottenham.

Sammy Lee ha f’idejh it-tim ta’ Bolton wara Sam Allardyce u mill-ewwel kien jidher car li se tkun difficli ghalih biex ikompli fejn halla ta’ qablu. Sam Allardayce kien kollox ghal Bolton. Huwa kien il-bniedem li ta r-ruh lil dan il-klabb u l-persuna li gieghlet lill-istess klabb jemmen aktar fih innifsu u jikber. Allardyce kien kapaci jhajjar plejers ta’ certu kwalita jinghaqdu ma’ Bolton li minghajru it-Trotters qatt ma kienu jimmaginaw li jistghu jakkwistaw.

Allardyce irnexxielu wkoll jiehu l-ahjar minn plejers kwazi skartati minn timijiet ohra. Dan il-maniger ikkonvincihom li ghad baqghalhom x’jaghtu lil futbol u permezz taghhom tella’ lil Bolton f’livelli li ma kinux joholmu bihom qabel.

Izda wiehed mill-akbar attribwiti ta’ Allardyce kien il-pratticita u l-versatilita tieghu. Allardyce kien konxju mill-fatt li l-iskwadra ma setghetx tikkompara ma’ dik tal-klabbs il-kbar izda huwa dejjem laghab loghoba li taqbel ghall-plejers tieghu u li setghet iggiblu r-rizultati. Kontra timijiet komparabbli ma’ Bolton Allardyce qatt ma’ beza jilghab il-futbol mal-art u loghoba offensiva izda kontra timijiet ferm akbar minn Bolton Allardyce dejjem laghab loghoba fejn il-priorita kienet li ma jaqilghux il-gowl u uza l-element tas-sahha fizika li ddejjaq mhux ftit lil plejers li jibbazaw il-loghoba taghhom fuq it-teknika.

Din il-karrateristika tohloq l-akbar kuntrast mal-maniger il-gdid Sammy Lee. Ic-cirkostanzi jkunu dejjem difficli meta maniger jiehu post maniger iehor li jkun ilu ghal hafna snin fil-kariga u jkun gab certu success lill-klabb. Huwa naturali li kull ma jaghmel il-maniger il-gdid se jigi mqabbel ma’ dak li ghamel ta’ qablu u dan ikun ta’ toqol psikologiku kbir fuq il-maniger il-gdid. Lee qed jaghmel minn kollox biex johrog mid-dell ta’ Allardyce u qed jipprova jaghti t-timbru personali tieghu lit-tim biex donnu jaghmel dikjarazzjoni li dan huwa t-tim tieghu u mhux ta’ Allardyce.

Biex jaghmel dan Lee qed jinsa l-principji ta’ pratticita u efficcjenza li permezz taghhom kienu jigu r-rizultati. Lee qed jipprova jilghab futbol aktar attrattiv u pozittiv izda biex jaghmel hekk qed ihalli d-difiza esposta u r-rizultati li gab kemm ilu li ha t-tim f’idejh jikkonfermaw dan. Dak li qed jipprova jaghmel Lee isir aktar gravi meta wiehed jiftakar li matul dan is-Sajf il-klabb tilef lill-aqwa difensur li kellu meta l-Izraeljan Ben Haim inghaqad ma’ Chelsea bi free transfer.

Id-differenza bejn Allardyce u Lee u l-incertezza li qed tirrenja fost il-plejers ta’ Bolton giet mikxufa minn kummenti li ghadda l-kaptin tat-tim Kevin Nolan, li qed jigi milghub f’pozizzjoni aktar avanzata minn qabel. Nolan qal li bhalissa hu stess ma jafx f’liema pozizzjoni qed jilghab. Wara li nbidel fil-loghoba kontra Portsmouth l-istess Nolan qal li ma jafx ghal xhiex inbidel u ta x’wiehed jifhem li m’hemmx pjan car u sens ta’ direzzjoni fit-tim. Il-girjiet ta’ Nolan minn nofs il-grawnd spiccaw minhabba l-fatt li dan qieghed prattikament jilghab bhala t-tielet attakkant.

B’Ben Haim ihalli l-klabb, Diouf jiddikkjara li jrid jitlaq u l-kaptin jghid li ma jafx fejn qed jilghab jidher car li l-ambjent fi hdan Bolton huwa ferm differenti minn dak ta’ zmien Allardyce u se jkun ferm difficli ghal Lee li jerga’ jghaqqad it-tim u jibda jgib ir-rizultati.

F’dan kollu hemm l-id tac-cermen ta’ Bolton Phil Gartside. Kien in-nuqqas ta’ sapport tieghu lejn Allardyce li wassal lil dan tal-ahhar biex jitlaq. Gartside ma kienx wara Allardyce kemm biex jiffinanzja aktar akkwisti u kemm fil-kaz tal-bungs li fihom issemma’ Allardyce. Gartside sahansitra qal ukoll li l-partitarji kienu ddejjqu bil-futbol negattiv ta’ Allardyce. Gartside ghadda dawn il-kummenti wara li Allardyce telaq u qatt ma’ qal xejn meta Bolton kkwalifikaw ghat-Tazza UEFA. Il-partitarji zgur huma aktar imdejjqin bir-rizultati li qed jinkisbu fil-prezent milli bis-sistema ta’ Allardyce.

Il-kummenti ta’ Gartside huma biss skuza biex jiggusitfika it-tluq ta’ Allardyce u l-hatra ta’ Sammy Lee. Lee m’ghandux il-kredenzjali, il-kapacita u fuq kollox il-personalita biex ikompli b’fejn halla Allardyce. Izda forsi n-nuqqas ta’ personalita ta’ Lee kienet il-kriterju principali li fuqu Gartside iddecieda li jahtru maniger. B’Lee fit-tmun Gartside zgur jista’ jkollu aktar influenza u sahha fid-decizjonijiet li jirrigwardaw it-tim milli jista’ qatt ikollu b’maniger bil-personalita ta’ Allardyce.

L-izball dwar Lee sar meta nhatar. L-izball dwar il-maniger l-iehor fil-periklu jista’ jsir fil-gimghat li gejjin meta, jekk il-pronostici jsiru realta, jitnehha minn postu.

Tottenham bdew dan l-istagun bil-pretensjoni li jistghu jiggieldu ghall-wiehed mill-ewwel erba’ postijiet tal-kampjonat izda ma’ setax kellhom bidu aghar wara li sofrew telfa kontra t-tim promoss ta’ Sunderland u ohra kontra Everton f’darhom. Ir-rebha gta’ 4-0 fuq Derby County m’ghamlet xejn biex tnehhi l-pressjoni minn fuq il-maniger Martin Jol u hemm min ghadu jinsisti li dawn huma l-ahhar gimghat ghall-maniger Olandiz f’Londra.

Il-fjammi tal-ispekulazzjoni dwar Jol komplew jissahhu hekk kif gurnal Spanjol ippubblika ritratti ta’ dirigenti ta’ Tottenham jitkellmu mal-kowc prezenti ta’ Sevilla Juande Ramos u l-agent tieghu Alvaro Torres. Ramos cahad din l-ispekulazzjoni u qal li l-laqgha kienet wahda privata. Tottenham qalu li s-segretarju tal-klabb John Alexander kien Spanja ghal-laqgha privata ma’ Torres izda ma qalu xejn dwar il-fatt li ghall-istess laqgha kienu prezenti wkoll Ramos u l-vici-cerman tal-klabb Paul Kemsley. Ic-cahdiet ufficcjali ma kkonvincewx u x-xnieghat li Ramos jista’ jiehu post Jol qed jissahhu.

X’jigri fil-futur huwa kwazi irrelevanti u, irrispettivament minn kemm hemm verita f’dawn l-istejjer, Martin Jol zgur li m’ghadux ihossu komdu fil-pozizzjoni tieghu. Il-fatt li Tottenham ma rnexxielhomx ixejjnu din l-ispejulazzjoni b’certu sahha jitfghu lill-kowc Olandiz f’incertezza kbira u dan mhux se jghin lit-tim jilhaq il-miri tieghu

Id-dirigenti ta’ Tottenham qed jitfghu pressjoni enormi fuq Jol minhabba l-investiment li ghamlu fit-tim. Minkejja dan l-investiment Tottenham xorta ma solvewx il-problemi li kellhom qabel. In-nuqqas ta’ winger fuq ix-xellug ilu jinhass sentejn u n-nuqqas ta’ midfielder difensiv ilu ovvju minn meta telaq Michael Carrick. Jekk Jol talab plejers f’dawn il-pozizzjonjiiet u l-klabb naqas li jakkwistohom allura l-klabb ghandu jerfa’ r-responsabbilita ta’ dak li qed jigri u mhux jitfaghha fuq il-maniger.

Barra minhekk, l-investiment kbir li ghamel il-klabb ftit li xejn jista jaghti l-frott tieghu meta Jol jinsab imxekkel b’numru rekord ta’ plejers imwegga’. Bid-difiza kollha nieqsa flimkien ma’ plejers bhal Aaron Lennon, Jol ftit li xejn jista’ jisfrutta l-potenzjal tal-iskwadra tieghu. Meta fl-istagun li ghadda Chelsea tilfu numru ta’ punti fin-nuqqas ta’ John Terry kulhadd qabel li n-nuqqas tad-difensur centrali Ingliz kien il-kagun tat-telf ta’ dawn il-punti. Tottenham tilfu zewg loghobiet bid-difiza kolha nieqsa u l-htija qed tintefa’ fuq il-maniger!

Meta Martin Jol ha t-tim f’idejh huwa, flimkien mal-klabb, nieda pjan ta’ hames snin u fl-ahhar zewg staguni irnexxielu jispicca fil-hames post. Din hija pozizzjoni aljena ghal Spurs fl-ahhar snin u Jol ghandu jinghata l-mertu li wassal lil Tottenham sa hawn wara staguni fil-medjokrita ta’ nofs il-klassifika. Jol issa ghandu jinghata c-cans iwassal il-pjan tieghu fi tmiemu u ghandu jigi gudikat meta jkollu l-ahjar plejers ghad-dizpozizzjoni tieghu. Fuq kollox hu ghandu jigi gudikat waqt li jithalla jahdem fil-kalma u mhux f’ambjent fejn, kif qal huwa stess, qed ihossu jigi mminnat minn xi persuni fil-klabb stess.

Il-bdil ta’ kowc kull perjodu qasir ta’ zmien mhux ricetta ghas-success. Fil-klabb irid ikun hemm certu konsistnza u stabbilita. Zewg telfiet b’nofs tim wara zewg staguni fil-hames post m’ghandhomx ihassru x-xoghol li sar sa issa biex kollox jerga’ jibda mill-gdid. Jekk jninhatar maniger gdid issa dan se jghid li huwa ghandu bzonn iz-zmien izda jinsab kunfidenti li fi zmien hames snin Tottenham ikunu qed jiggieldu ghall-unuri. U hekk jerga’ jibda ciklu gdid li probabbli flok hames snin jerga jdum biss tlett snin u l-klabb jibqa’ fejn ikun.

Barra minn hekk, li tawtorizza l-kowc jonfoq mal-40 miljun lira sterlina u mbaghad tibdlu wara l-ewwel gimghat tal-istagun mhux xhieda ta’ tmexxija serja u ghaqlija. Minghajr ma nidhol fil-mertu ta jekk Jol jistax iwassal lil Tottenham sal-quccata jew le, id-decizjoni, jekk kellha tittiehed, kellha tittiehed matul is-Sajf u mhux fil-bidu tal-istagun.

Id-decizjoni dwar Jol, meta u jekk tittiehed, ma tkunx tirrigwarda biss il-futbol izda wkoll il-politika interna tal-klabb. Martin Jol kien inghaqad mal-klabb bhala assistent ta’ Jacques Santini li rrezenja wara ftit xhur b’Jol jehodlu postu. Meta saru l-hatriet originali kien deher ovvju li l-hatra ta’ Santini kienet gejja mic-cerman tal-klabb Daniel Levy fil-waqt li dik ta’ Jol kienet stigata mid-direttur tal-futbol ta’ dak iz-zmien l-Olandiz Frank Arnesen. Illum Arnesen m’ghadux mal-klabb u effettivament Tottenham ghandhom maniger li mhux bil-fors huwa l-ewwel ghazla tac-cermen.

Wara t-tluq ta Arnesen, Levy hatar lil-Franciz Comolli bhala Direttur tal-Futbol u dan, ovvjament, ma’ kellu l-ebda sehem fl-ghazla ta’ Jol. Tottenham qed juzaw sistema kontinentali li fiha il-kowc ikollu x’jaqsam mal-ewwel tim fil-waqt li d-direttur tal-futbol huwa responsabbli tal-oqsma kollha tal-klabb inkluzi t-trasferimenti u hatriet importanti. Din il-kariga ghanda hafna sahha fil-klabb u bhalissa tezisti sitwazzjoni fejn fiha hemm persuna maghzula mic-cermen fil-waqt li l-kowc qieghed hemm fuq l-insistenza ta’ direttur tal-futbol li llum qieghed ma’ Chelsea.

Kif diga semmejna dan kollu jista’ jkun spekulazzjoni. Izda x-xnieghat huma persistenti wisq u hemm numru kbir ta’ sorsi differenti li qed jaqblu li Tottenham qed jikkunsidraw bis-serjeta il-futur ta’ Jol. Il-qazba ma caqcaqx ghal xejn u jekk Tottenham ma jirnexxielhomx ixejjnu din l-ispekulazzjoni malajr, Jol jista’ jhoss li ma jistax izomm il-pozizzjoni tieghu u d-decizjoni jista’ jehodha hu stess.
NOTA- L-ARTIKLU INKITEB QABEL IL-LAQGHA BEJN IL-BORD TAD-DIRETTURI TA' SPURS U JOL FEJN DAN GIE MGHARRAF LI SE JIBQA' FIL-KARIGA BIL-PATT LI TOTTENHAM JIKKWALIFIKAW GHAC-CHAMPIONS LEAGUE. PRATTIKAMENT A STAY OF EXECUTION U JOL JISTA' JITLEF POSTU JEW JITLAQ HEKK KIF IR-RIZULTATI JIBDEW JINDIKAW LI DAN L-GHAN MA JISTAX JINTLAHAQ. IC-CHAIRMAN TA' TOTTENHAM DANIEL LEVY QAL LI L-KLABB NEFAQ HAFNA FLUS U JISTENNA LI JISPICCA MAL-EWWEL ERBGHA. LI MA QALX LEVY HU LI MINKEJJA LI NEFAQ HAFNA FLUS, IL-PROBLEMI TA' HOLDING MIDFIELDER U LEFT WINGER BAQGHU MA GEWX INDIRIZZATI.

No comments: