Sunday, November 02, 2008


HARRY REDKNAPP FLOK JUANDE RAMOS

Dan l-artiklu gie pubblikat fuq "L-Orizzont" tal-Hamis 30 ta' Ottubru 2008
Fil-gimghat li ghaddew tkellimna dwar il-krizi ta’ Tottenham Hotspur. Dakinhar kont ghidt li l-aghar haga li setghu jaghmlu Tottenham kienet li jkeccu l-maniger u jergghu jibdew mil-gdid. Izda minn dakinhar ‘l hawn is-sitwazzjoni ggravat u fl-anniversarju tat-tkeccija ta’ Martin Jol u l-hatra ta’ Ramos, l-istess Ramos sab ruhu bla xoghol.

Il-partitarji ta’ Tottenham kienu qed jistennew xi haga ssehh. Is-sitwazzjoni kienet saret tali li l-affarijiet ma setghux jibqghu sejrin kif kienu. Kritici, gurnalisti u partitarji stennew li il-mannara kienet se taqa’ fuq ras id-Direttur tal-Futbol Damien Comolli. Comolli kien fil-mira tal-partitarji minhabba l-percezzjoni generali li dan falla fis-suq tat-trasferimenti u m’akkwistax dawk il-plejers mitluba minn Ramos.

Il-loghoba tal-Hadd li ghadda kontra Bolton kella tkun immarkata minn protesta tal-partitarji kontra c-cermen ta’ Tottenham Daniel Levy b’wiehed mill-appelli ppjanati jkun propju it-tkeccija ta’ Comolli. It-tkeccija ta’ Comolli ma kienet se tbiddel xejn fil-grawnd u dan Levy gharfu tajjeb. Huwa gharaf ukoll kif inehhi t-tapit minn taht saqajn il-partitarji billi bejn is-Sibt u l-Hadd mhux biss nehha lil Comolli izda wkoll lill-maniger Juande Ramos u l-assistenti tieghu Gus Poyet u Marcos Alvarez. Fil-ghodu il-partitarji ta’ Tottenham sebhu bl-ahbar li Harry Redknapp kien inhatar maniger gdid.

Levy ma waqafx hawn. Mal-hatra ta’ Redknapp huwa habbar li l-klabb kien se jmur lura lejn sistema tradizzjonali ta’ maniger Ingliz li jkun ukoll inkarigat mit-trasferimenti u hekk se jabbanduna s-sistema ta’ Direttur tal-Futbol li tant gabet antipatija mill-partitarji.

B’dawn id-decizjonjiet Levy laqat zewg ghasafar b’gebla wahda. Fuq naha agixxa b’mod li halla l-partitarji minghajr ebda skop jew lok ta’ protesta ghax tahom li riedu u fl-istess hin rega’ gibed is-simpatija tal-midja Ingliza li tant attakkat u kkritikat ‘il klabb taht it-tmexxija tieghu.

Ic-cermen ta’ Tottenham tkellem ukoll dwar it-trasferimenti u ammetta r-responsabbilita tal-klabb li ma rnexxielux jakkwista sostituti ta’ Keane u Berbatov

Levy nizel minn fuq il-pedestal tieghu u ghamel dak li riedu n-nies. Barra minn hekk lill-partitarji tahom maniger tan-nies. Redknapp huwa maniger li, f’sens metaforiku, jitkellem l-istess lingwa li jitkellmu l-partitarji u r-relazzjoni tieghu mal-midja hija wahda tajba. Bid-decizjonijiet tieghu Levy mar lura lejn il-bazi u se jerga’ jaghti laqta’ Ingliza lill-klabb li, bhal f’hafna klabbs ohra, kienet sparixxiet. Minn mira tal-kritici Levy sar bniedem li qed jerga’ jaghti cans lill-klassi tal-manigers Inglizi fi klabb ambizzjuz.

Izda x’wassal ghad-decizjoni ta’ Levy u shabu id-dirigenti ta’ Tottenham li sena biss wara li kkommettew ruhhom ghal wiehed mill-akbar kuntratti manigerjali fl-Ingilterra jiddeciedu li jnehhu lill-istess maniger u t-tim tekniku tieghu biex minfloku jahtru lil Redknapp? Hawn ta’ min jibda biex jghid li jekk il-hatra ta’ Redknapp kienet sorpriza ghal kulhadd, mhux hekk kienet ghall-istess Levy li fl-ewwel kummenti tieghu, qal li kien vicin li jakkwista l-firma ta’ Redknapp darbtejn ohra.

Il-karriera tal-manigers hija marbuta mar-rizultati u r-rizultati ghal Tottenham ma gewx. Fl-ewwel stagun tieghu ma’ Tottenham Ramos rebah il-League Cup izda l-forma fil-kampjonat ma tjiebet xejn minn dik li beda l-ahhar stagun tieghu ma’ Spurs Martin Jol. Mir-rebh tal-League Cup lil hawn Ramos rebah biss tlett loghobiet tal-kampjonat u dan ir-rekord negattiv ma setax iregi fi klabb li l-ambizzjoni tieghu hi li jiccalingja lill-ewwel erba’ timijiet.

Ir-ragunijiet ghal dawn ir-rizultati negattivi jistghu ikunu hafna. Wiehed irid jaghmilha cara li dan ma jfissirx li Ramos huwa maniger hazin. Bhal hafna ohrajn kont fahhart il-hatra ta’ Ramos ma’ Tottenham ghax il-kwalitajiet ta’ dan il-maniger huma indiskutibbli. Ramos huwa kowc b’kapacitajiet kbar imma l-avventura tieghu fl-Ingilterra ma hadmitx.

Kif qal Levy, dan ma kienx tort ta’ xi individwu izda tort kollettiv. Madanakollu fl-ahhar mill-ahhar il-maniger huwa responsabbli tar-rizultati. L-ideali hu li zzomm l-istess maniger, taghtih aktar zmien u thallih jasal fejn irid. Il-problema ta’ Tottenham hi li ma kellhomx aktar zmien, Tottenham ga tilfu punti prezzjuzi kontra timijiet li suppost qed jiggieldu kontra r-relegazzjoni u d-dirigenti ma setghux jibqghu b’idejhom fuq zaqqhom.

Il-kunfidenza tal-plejers ta’ Tottenham sparixxiet u l-plejers kellhom bzonn bidla biex almenu psikologikament jibdew pagna gdida. Din ma kinitx l-uniku problema. Bil-vantagg tar-retrospettiva kien car li l-plejers ma kinux kuntenti taht Ramos. Tajjeb kemm hu tajjeb Ramos, il-plejers ma riduhx u fl-ahhar mill-ahhar ghaddiet taghhom. Huma l-plejers li jaghmlu jew ikissru maniger. Bil od il-mod qed johrog car li uhud mill-plejers ta’ Tottenham imminnaw lil Ramos u anki tkellmu kontrih mad-dirigenza tal-klabb.

Kummenti ta’ plejers bhal David Bentley, Jermaine Jenas u Jonathan Woodgate hargu fil-berah dak li kienu qed jahsbu l-plejers ta’ Tottenham fid-dressing room. Il-messagg ta’ Ramos ma kienx qed jasal u tattikament hadd ma kien cert mir-rwol tieghu. Id-decizjonijiet ta’ Ramos li jaghmel bidliet numeruzi f’kull loghoba kemm fil-plejers u kemm fil-pozizzjonijiet taghhom kienu bdew jaghtu l-impressjoni li ma kienx jafx x’inhu l-ahjar tim tieghu u dan kompla hawwad il-plejers u ghaqqadhom kontrieh.

Dan kollu gie kkonfermat mill-atteggjament tal-assistent ta’ Ramos Gus Poyet li kellu l-inkarigu li jkun il-pont bejn il-maniger u l-plejers. Ghall-ewwel din is-sistema kienet qed tahdem izda meta l-plejers bdew iressqu l-ilmenti taghhom ma’ Poyet u dan ma kienx qed ikollu rispons pozittiv minghand Ramos, sab ruhu f’sitwazzjoni difficli. F’ghajnejn Ramos Poyet seta’ deher li qed imur kontrieh fil-waqt li f’ghajenjn il-plejers deher li mhux qed jaqdi dmiru u jwassal il-messagg taghhom lill-maniger.

Id-differenza fl-atteggjament ta’ Poyet kienet cara. Fejn qabel dejjem kien jitkellem b’mod li jidher spalla ma’ spalla ma’ Ramos, fl-ahhar gimghat beda joqghod lura u donnu ried juri li hu ma kienx parti mid-decizjonijiet li ma kinux qed jinzlu tajjeb mal-plejers.

Il-lingwa lanqas ghinet lil Ramos iwassal il-messagg tieghu kif xtaq. Ghalkemm Ramos kien imexxi t-tahrig bl-Ingliz hu ma kellux il-kmand tal-lingwa biex jwassal il-messagg li jrid b’kunfidenza u b’awtorita. Dan id-difett kien jidher aktar meta jkun irid ibiddel xi haga waqt il-loghobiet u sar aktar gravi meta Poyet beda jzomm pass lura anki fuq it-touchline biex ikompli jiskolpa ruhu mid-decizjonijiet ta’ Ramos. Dan kollu naqqas l-awtorita ta’ Ramos fuq il-plejers u, kif deher fl-ahhar gimghat, tellfu d-dressing room.

Il-mitstoqsija l-kbira issa hi fejn se jmorru Tottenham b’Redknapp. Bhal kollox l-ghazla ta’ Levy ghandha l-pozittiv u n-negattiv. F’dawn l-ahhar snin Tottenham kellhom plejers zghazagh li kulhadd stenna li se jsiru stilel kbar. Dawn mhux biss m’ghamlux progress izda uhud minnhom ghamlu rigress. Plejers bhal Lennon, Huddlestone, Bale, Zokora u Jenas m’ghamlu ebda progress notevoli fil-waqt li plejers bhal Michael Dawson u Paul Robinson ghamlu marru lura.

Min-naha l-ohra Harry Redknapp huwa maghruf li jiehu l-ahjar mill-plejers tieghu u jaf jizviluppa l-plejers. Il-paraguni huma odjuzi imma m’hemmx ezempju ahjar minn paragaun bejn Paul Robinson u David James li nghaqad ma’ Portsmouth u rega rebah il-flokk numru wiehed tat-tim nazzjonali Ngliz.

Harry Redknapp ghandu wkoll esperjenza kbira f’kull livell tal-futbol Ingliz u huwa motivatur kbir. Fis-sitwazzjoni kritika li jinsabu fiha fil-mument Spurs zgur li ghandhom bzonn kemm lil xi hadd li jaf tajjeb il-loghoba Ingliza u kif ukoll lil xi hadd li jista’ jgholli l-moral u jimmotiva l-plejers. Kien ovvju li Ramos, kemm minhabba n-nuqqas ta’ kmand komdu tal-lingwa u kemm minhabba li kien qed jigi imminat min-numru ta’ plejers, dan ma setax jaghmlu.

L-ammissjoni ta’ Ledley King li taht Redknapp il-plejers kien qishom nehhew balla minn fuq l-istonku u s-sodisfazzjoi tieghu ghax il-klabb hatar maniger Ingliz tghid kollox fuq kif kienu qed iharsu lejn Ramos il-plejers fl-ahhar gimghat.

Il-lingwa u l-konoxxenza tieghu tal-ambjent tal-futbol Ingliz tghin lil Redknapp ikun ahjar f’dak li huwa man management. Tghinu aktar ikun qrib il-plejers u jikkomunika ahjar maghhom biex b’hekk jiehu l-ahjar minnhom u jtihom il-kunfidenza li ghandhom bzonn. Ramos bata hafna f’dan l-aspett. Dan ix-xoghol pprova jaghmlu Poyet izda s-sistema ma hadmitx. Il-plejers iridu maniger biex ikellimhom direttament, jispirahom u jimmotivohom. Meta dan ix-xoghol jithalla f’idejn haddiehor l-awtorita u r-rispett jintilfu.

Redknapp se jgawdi wkoll mill-abbandun tas-sistema tad-Direttur tal-Football . Kif kelli l-okkazjoni nghid drabi ohra is-sistema ta’ Direttur tal-Futbol mhix wahda hazina izda wiehed irid joqghod attent hafan kif ihaddimha. Fil-klabb ta’ Tottenham tant ma hadmitx li fl-ahhar transfer window kien qed ikun Levy nnifsu li jmexxi l-parti l-kbira ta’ negozjati mal-plejers fil-waqt li Comolli thalla fil-genb. Comolli ngab ma’ Tottenham taht l-impressjoni li kien parti mportanti mit-tim ta’ nies li skoprew it-talenti zghazagh fi hdan il-klabb ta’ Arsenal izda wara kien sar maghruf li kemm dam ma’ Arsenal, l-uniku skoperta notevoli li kien ghamel kien Gael Clichy.

Minkejja dawn il-punti pozittivi il-hatra ta’ Redknapp tibqa’ riskjuza. Redknapp kellu success ma’ kull klabb li kien izda l-aspetattivi ta’ dawn il-klabbs qatt ma kienu kbar daqs dawk ta’ Tottenham. L-oghla objettivi li qatt kellu Redknapp kienu li jistabilixxi klabb fil-parti ta’ fuq tal-klassifika tal-Premiership. Minkejja li dan l-istagun huwa prattikament mitluf, il-miri ta’ Tottenham huma ferm oghla u l-pressjoni hija akbar ukoll.

Redknapp dejjem kien is-suggett tad-diskussjoni dwar jekk hux tajjeb biex imexxi klabb kbir jew le. Hemm min sahansitra xtaqu jmexxi t-tim nazzjonali Ngliz fil-waqt li ohrajn jahsbu li s-successi ta’ Redknapp huma relattivi ghax gew ma’ klabbs fejn l-ambizzjonijiet m’humiex kbar, il-bagit huwa limitat u l-pressjoni hi minima. Il-kritici jiddubitaw kemm dan il-maniger jista’ jaghmilha ma’ klabb kbir u kemm jista’ jkollu success ma’ plejers ta’ profil gholi.

Min naha tieghu Redknapp qal li ma setax jirrifjuta dan ic-cans. Huwa qal li ma’ Portsmouth il-finanzi kienu limitati wisq u hu ma setax iwassal ‘il klabb aktar minn fejn wasslu. Redknapp kompla li, minkejja l-pozizzjoni prekarja fil-klassifika, Tottenham huwa klabb kbir bi stejdjum kbir, bagit konsiderevoli u set up bhal tal-klabbs il-kbar. Fl-eta ta’ 61 sena dan kien l-ahhar cans ghal Redknapp biex jipprova lilu nnifsu fl-oghla livell. Ghalih it-test jibda issa.

0 comments: