Maghrufa l-Gruppi tac-Champions League
Dan l-artiklu miktub minn Mark Mizzi deher fuq L-Orizzont tal-Hamis 2 ta' Settembru 2010
"Grazzi tal-polza...issa tista' tirranga sabiex Real jibqghu telghin sal-finali u jilghabu ma' Chelsea?". Dan kien il-messagg li baghat il-kowc ta' Real Madrid Jose Mourinho lill-ex internazzjonali Ingliz Gary Lineker hekk kif telghu il-poloz tal-gruppi tac-Champions League. Lineker kien protagonista ewlieni fil-procedura li ddecidiet min se jilghab kontra min f'din il-fazi tal-kompetizzjoni - procedura li se taghti bidu ghac-Champions League vera u propja li twassalna sa Wembley Stadium f'Mejju li gej.
Mourinho rebah ic-Champions League ma' Inter l-istagun li ghadda u rnexxielu jaghmel il-holma ta' dan il-klabb ta' Milan realta'. Issa ghandu missjoni gdida u xejn ma jtih aktar sodisfazzjojn milli jaghmel l-istess fil-kapitali Spanjola ma' Real Madrid li huma ghatxana biex jergghu jitilghu fil-quccata tal-futbol Ewropew.
Bl-istil tipiku tieghu, Mourinho diga' qed ibassar il-finalisti u jemmen li t-tim prezenti tieghu jista' jikkontesta l-finali kontra l-ex tim tieghu Chelsea. Ghalkemm ghadu kmieni wisq biex wiehed jibda jaghmel il-previzjonijiet, kull fejn kien s'issa Mourinho gab is-sucess u ma nahsibx li jkun hawn hafna li lesti jahilfu li l-Portugiz ma jistax jasal ghat-tragward li jkun wahhal f'mohhu.
Dan l-istagun Mourinho akkwista tnejn mill-aktar plejers li spikkaw fit-Tazza tad-Dinja jigifieri l-Germanizi Sami Khedira u Mesut Ozil. Meta tghodd lil dawn ma' plejers bhal Kaka u Cristiano Ronaldo m'hemmx dubju li Mourinho, ghal darba ohra, ghandu f'idejh l-ghodda biex jasal. Kollox jiddependi mill-pressjoni li se ssir fuqu mid-dirigenza, mill-partitarji u mill-ambjent Madrilen inifsu li forsi ma tantx huwa sintonizzat mal-pragmatizmu ta' Mourinho.
Real Madrid huwa tim maghruf ghall-futbol offensiv u attraenti izda f'dawn l-ahhar snin dan il-futbol ma tantx gab unuri lejn il-klabb. Mourinho mhux bilfors joffri dan it-tip ta' futbol izda bhala kumpens kapaci jgib ir-rizultati. Issa wiehed irid jara kemm se jbati sakemm Mourinho jirnexxielu jdawwar il-mentalita Madrilena u kemm se jkunu lesti jiehdu pacenzja bih id-dirigenti ta' dan il-klabb sakemm jasal fejn irid.
Ir-rivali principali ta' Real Madrid fi Grupp G se jkunu Milan li f'din il-kompetizzjoni tant ghandhom rekord tajjeb. Fl-ewwel loghoba taghhom fil-kampjonat Milan urew sinjali ta' titjib kbir mill-istagun li ghadda. Ronaldinho deher trasformat, Pato rega' jinsab frisk u efficjenti quddiem il-lasta u bl-akkwist tal-attakkanti Ibrahimovic u Robinho Milan jistghu jergghu isibu ruhhom protagonisti ewlenin.
B'zewg timijiet jghaddu minn kull grupp il-kwalifikazzjoni ghal Milan u Real Madrid tidher prattikament assigurata b'Ajax u Auxerre probabilment jispiccaw jikkompetu ghat-tielet post u kwalifikazzjoni ghall-Europa League.
Il-kowc li ha post Mourinho ma' Inter, Rafa Benitez sab ruhu fi Grupp A flimkien ma' Werder Bremen, Tottenham u Twente. Fuq il-karta Inter ma jidhirx li jista' jkollhom problemi serji biex jghaddu minn dan il-grupp. Izda Benitez, bhal Mourinho, irid jiggieled kontra mentalita li sarett parti mis-sistema ta' Inter.
Il-kowc Spanjol ikkonferma dan u ammetta li qed isibha difficli jibdel il-mentalita tal-plejers tieghu u jwassalhom biex jaqilbu mis-sistema ta' Mourinho ghas-sistema tieghu. Dan wassal biex s'issa rajna lil Inter jitilfu s-Super Cup kontra Atletico Madrid u jibdew il-kampjonat bi dro kontra Bologna.
Benitez qal li taht Mourinho il-plejers kienu mdorrija jilghabu bil-kontrattakk izda hu irid tim li jiddfendi oghla u jzomm aktar il-pussess tal-ballun. Fi ftit kliem Benitez irid lil Inter jilghabu futbol aktar attraenti u hekk ikun tahom it-timbru tieghu. Fil-verita ghal Benitez se jkun difficli jirbah aktar mill-predecessur tieghu u ghalhekk irid li jirbah isbah.
Dan mhux se jkun facli specjalment meta wiehed jiftakar li l-plejers li ghandu huma bazikament il-plejers ta' Mourinho li jibqghu leali lejh u lejn is-sistemi tieghu grazzi ghas-success li dawn gabulhom. Wiehed ma jridx jinsa wkoll li uhud mil-kolonni tat-tim qabzu t-tletin sena u bidla fil-mentalita u sistema ghal dawn il-plejers tista' tkun aktar difficli.
Minkejja dan Inter m'ghandhomx jonqsu milli jikkwalifikaw b'Werder Bremen potenzjalment joffru l-akbar sfida. Werder Bremen irnexxielhom jeliminaw lil Sampdoria fil-playoffs u jinsabu kunfidenti li jghaddu minn dan il-grupp. Il-General Manager ta' Bremen Klaus Allofs qal li Werder huma rrenkjati fid-9 post fl-Ewropa u jemmen li, "l-grupp huwa difficli ghat-timijiet l-ohra" u mhux ghall-klabb tieghu.
Ghal Tottenham din se tkun l-ewwel avventura fic-Champions League u n-nuqqas ta' esperjenza tista' tilghab parti importanti hafna f'dan l-istadju. Ghalkemm Spurs jistghu jaghtu loghoba lil kulhadd wiehed ghad irid jara kemm l-iskwadra hija preparata mentalment u fizikament ghal sfida bhal din flimkien mal-impenji domestici.
Tottenham jinsabu ezatt fuq il-linja bejn li jiggieldu ma' Werder Bremen ghat-tieni post u ma' Twente ghat-tielet post. Episodji partikolari waqt il-loghobiet u l-forma ta' plejers importanti ghandhom jiddeciedu lejn fejn se jxaqleb il-mizien.
Fi Grupp C se jkollna l-battalja tar-Renju Unit b'Manchester United jiltaqghu kontra l-Iskoccizi Rangers. Fl-istess grupp hemm ukoll Bursaspor tat-Turkija u Valencia ta' Spanja b'dawn tal-ahhar ikunu mdghajjfa wara l-bejgh ta' David Villa, Carlos Marchena u David Silva.
Kontra Rangers Manchester United ghandhom jistennew battalja fizika aktar milli teknika izda l-Iskoccizi ma tantx ghandhom rekord tajjeb fl-Ewropa u ma kellhomx xi kampanja akkwisti b'sahhitha. Nemmen li r-Red Devils ghandu jkollhom bizzejjed kwalita biex jinnegozjaw iz-zewg loghobiet kontra t-tim ta' Glasgow.
Mill-banda l-ohra loghoba fit-Turkija qatt m'hi facli izda l-loghoba ghand Bursaspor se tkun ir-raba wahda ghall-United fil-grupp. Hekk, sa dakinhar it-tim ta' Sir Alex Ferguson jista' ga jkun relattivament komdu fi triqtu lejn il-kwalifikazzjoni bit-tlett timijiet l-ohra jikkontestaw it-tieni post tal-grupp.
Chelsea ta' Carlo Ancelotti jinsabu fi Grupp F flimkien ma' Marseilles ta' Franza, Spartak Moscow tar-Russja u Zilina tas-Slovakkja. Dan huwa grupp li m'ghandux joffri problemi kbar ghall-Blues biex jghaddu ghal fazi li jmiss. Marseilles mistennija joffru l-aqwa oppozizzjoni izda l-loghoba fi Franza tintlaghab fit-tieni gimgha ta' Dicembru u sa dakinhar Chelsea jistghu ikunu prattikament akkwistaw il-kwalifikazzjoni.
Is-Slovakki ta' Zilina se jkunu qed jiddebuttaw f'din il-fazi u ma jidhirx li jistghu joffru intoppi serji lil Marseilles u Chelsea. Min-naha l-ohra loghoba kontra Spartak Moscow, specjalment fir-Russja, qatt m'hi passiggata u l-possibilita li l-Moskoviti jtellfu l-punti liz-zewg favoriti zgur mhix eskluza.
Tim iehor Ingliz fic-Champions League huwa Arsenal li telghu biex jilghabu fi Grupp H flimkien ma' Shaktar Donetsk tal-Ukraina, Braga tal-Portugall u Partizan Belgrade tas-Serbja.
Mal-ewwel daqqa t'ghajn dan jidher grupp relattivamet hafif ghall-Gunners izda r-realta' tista' tkun differenti. Arsenal ghandhom kwalita teknika li tisboq lil dik tat-timijiet l-ohra fil-grupp izda l-aggressivita fl-istil ta' Partizan u Shaktar u l-ambjent difficli li jista' jinholoq ghand dawn iz-zewg timijiet jaghmlu l-grupp ta' Arsenal wiehed ferm 'il boghod minn passiggata.
Mal-ewwel daqqa t'ghajn dan jidher grupp relattivamet hafif ghall-Gunners izda r-realta' tista' tkun differenti. Arsenal ghandhom kwalita teknika li tisboq lil dik tat-timijiet l-ohra fil-grupp izda l-aggressivita fl-istil ta' Partizan u Shaktar u l-ambjent difficli li jista' jinholoq ghand dawn iz-zewg timijiet jaghmlu l-grupp ta' Arsenal wiehed ferm 'il boghod minn passiggata.
F'dan il-grupp Braga huwa l-aktar tim li jipprova jilghab il-loghoba bhal Arsenal u hekk, bl-istess stil ta' loghob, it-tim ta' Arsene Wenger ghandu jkun superjuri. Izda z-zewg loghobiet l-ohra, partikolarment barra minn Londra, jistghu joffru problemi ghal Arsenal u ma jhallux ir-rebh tal-grupp konkluzjoni assigurata.
Matul is-sajf Arsenal sahhew id-difiza taghhom b'Laurent Koscielni u Sebastian Squillaci filwaqt li fl-attakk ziedu lil Mourane Chamakh izda xorta jittammaw li l-pedini taghhom Cesc Fabregas u Robin Van Persie b'dan tal-ahhar diga' jinsab imwegga'.
Fi Grupp E il-finalisti tac-Champions League tal-istagun li ghadda Bayern Munich tal-Germanja flimkien mat-Taljani ta' Roma m'ghandhomx ifallu l-passagg ghat-tieni fazi meta jridu jiffaccjaw lil Basel tal-Isvizzera u Cluj tar-Rumanija.
Dawn l-ahhar zewg timijiet gieli offrew sorprizi izda issa l-avversarji taghhom mhux se jwettqu l-izbalji li twettqu qabel u l-element tas-sorpriza mhux se jibqa' daqshekk importanti. Bayern jibdew favoriti li jirbhu dan il-grupp b'Roma, issa msahha fost l-ohrajn mill-attakkanti Adriano u Boriello, ghandhom jassiguraw almenu t-tieni post b' Basel u Cluj jikkompetu ghal-post fl-Europa League.
Is-semifinalisti Barcelona, imdghajjfa mit-tluq ta' Zlatan Ibrahimovic izda msahha minn akkwisti bhal David Villa u Javier Mascherano, jibdew favoriti netti li jirbhu Grupp D li jinkludi wkoll lil Panathinaikos tal-Grecja, Copenhagen tad-Danimarkau Rubin Kazan tar-Russja.
Panathinaikos f'darhom jistghu ikunu forza filwaqt li l-istagun li ghadda Rubin Kazan urew loghob ta' kwalita teknika gholja. Minhabba f'hekk dawn it-tnejn mistennija jikkontestaw it-tieni post tal-grupp b'Copenhagen jidhru l-aktar tim dghajjef.
Fl-ahhar nett naraw li t-timijiet li jiffurmaw Grupp B huma Lyon ta' Franza, Benfica tal-Portugall, Schalke tal-Germanja u Hapoel tal-Izrael. Dan jidher li jista' jkun grupp interessanti hafna fejn fuq il-karta Lyon, Benfica u Schalke, imsahha mill-akkwist ta' Huntelaar minghand
Milan, jidhru bejn wiehed w iehor tal-istess livell. Dawn it-timijiet kollha jistghu jiehdu l-punti lil xulxin u ghalhekk il-grupp mistenni jkun wiehed incert.
Min-naha l-ohra Hapoel, ghalkemm jidhru l-aktar tim dghajjef, jistghu jaghtu joffru oppozizzjoni f'sahhitha lil kulhadd u ma tkunx sporpriza jekk jirnexxielhom itellfu l-punti lit-timijiet akjtar rinomati specjalment fl-Izrael.
Min-naha l-ohra Hapoel, ghalkemm jidhru l-aktar tim dghajjef, jistghu jaghtu joffru oppozizzjoni f'sahhitha lil kulhadd u ma tkunx sporpriza jekk jirnexxielhom itellfu l-punti lit-timijiet akjtar rinomati specjalment fl-Izrael.
Dawn huma l-aqwa 32 tim tal-Ewropa. F'nofs dan ix-xahar nitilqu maghhom ghal vjagg twil mimli emozzjonijiet, ferh, dizappunti, kontroversja u diskussjoni. Vjagg li matulu naraw lill-aqwa klabbs Ewropej jikkompetu bejniethom ghall-aktar unur prestiggjuz li joffri l-futbol Ewropew. Vjagg li jwassalna fit-tempju tal-futbol Wembley Stadium fejn hemmekk, fil-monarkija li tatna l-futbol, naraw tigi nkurunata lir-regina tal-futbol Ewropew.
No comments:
Post a Comment