INTERVISTA MA' HARRY REDKNAPP
Din l-intervista ta' Mark Mizzi ma' Harry Redknapp saret wara r-rebha ta' 1-0 fuq WBA f'White Hart Lane u giet pubblikata f' L-Orizzont il-Hamis 7 ta' Mejju 2009
Fil-jiem li ghaddew attendejt ghal-loghoba tal-Premier League bejn Tottenham u West Bromich Albion f’White Hart Lane. Ma kinitx xi loghoba klassika u ecitanti. West Bromich Albion riedu l-punti biex jippruvaw jevitaw ir-relegazzjoni filwaqt li Tottenham ghadhom bic-cans li jispiccaw fis-7 post u hekk jikkwalifikaw ghall-Europa Cup li se tiehu post it-Tazza UEFA.
Izda matul id-90 minuta deher car fejn kienet l-akbar motivazzjoni. Tottenham, minkejja li rebhu b’gowl wahdani ta’ Jermaine Jenas, laqtu l-lasta u kellhom gowl imhassar ghal offside dubjuz, fl-ebda hin ma wrew xi entuzjazmu specjali.
Min naha taghhom WBA ghamlu dak kollu li setghu biex jiehdu l-punti u wiehed jista’ jghid li kienu sfortunati li ma hadu xejn mil-loghoba. Wahda mir-ragunijiet li zammet lil WBA milli jiehdu xi haga kienet bla dubju ta’ xejn il-wirja brillanti tal-gowlkiper Brazilan ta’ Tottenham Heurelho Gomes. Wara bidu inkonsisatenti u mimli paprati, dan il-gowlkiper qed juri l-potenzjal veru tieghu.
Propju ftit wara li ntemmet il-loghoba, grazzi ghall-agent tal-futbol Carly Barnes, gejt mistieden biex niltaqa’ mal-maniger ta’ Tottenham Harry Redknapp u nehodlu xi kummenti.
Mal-wasla tieghu fid-dressing-room fejn iltqajna Redknapp laqatni ghal kemm hu "approachable" u kemm hu facli titkellem mieghu. Redknapp huwa maniger li jmur tajjeb hafna mal-midja u fil-hin li ltqajt mieghu ikkonfermajt dan. Ma jiddejjaqx jitkellem, fl-ebda hin ma jtik l-impressjoni li jixtieq qieghed x’imkien iehor u kultant donnu ma jiddejjaqx jisvela affarijiet li manigers ohra jiddejqu jkitkellmu dwarhom.
Tkellimna dwar id-decizioni tieghu li jhalli lil Portsmouth biex jinghaqad ma’ Tottenham. Qabel mar Londra huwa kellu offerta minghand Newcastle li rrifjuta. Dakinhar kien qal li ma hassx li kellu jhalli lil Portsmouth anki b'rispett lejn il-plejers li hu kien ikkonvinca jiffirmaw ma' Pompey. Ma' Tottenham mexa b'mod differenti u l-offerta giet accettata.
"Tottenham huwa klabb specjali. Meta giet l-opportunita ma stajtx inhalliha tghaddi. Ghalija kien difficli hafna nhalli lil Portsmouth pero din kienet l-okkazjoni ta' hajjti...naf l-istorja tal-klabb, kont naf uhud mill-plejers...kien prattikament impossibbli nirrifjuta".
Staqsejtu jekk id-decizjoni tieghu tfissirx li ghalih Tottenham ghandom potenzjal akbar minn Newcastle. Qbilna li Newcastle huwa klabb kbir, izda ghal Redknapp, ir-risposta qieghda fil-klassifika.
"Jekk tara fejn qeghdin Tottenham illum u fejn qeghdin Newcastle, ir-risposta hija ovvja. Newcastle qeghdin f'inkwiet kbir". Redknapp jahseb li finalment ha l-ahjar decizjoni. "Irrifjutajt lil Newcastle u bqajt ma' Portsmouth fejn irbaht l-FA Cup. Imbaghad hassejt li wassalt lil Portsmouth sa fejn nista' nwassalhom. Kien wasal iz-zmien li niccaqlaq".
Min jaf kieku Redknapp ma qalx le lil Magpeis is-sitwazzjoni kinitx tkun bil-kontra?
Taht Redknapp ir-rizultati ta' Tottenham tjiebu mil-lejl ghan-nhar. Bhal f'hafna kazijiet ohra fejn kien hemm bidla fil-maniger hafna kritici ikkumentaw li l-bidla fir-rizultati kienet sempliciment rizultat tal-bidla tal-maniger infisha. Donnu l-maniger il-gdid ma jkollu ebda mertu hlief il-fatt li hu gdid. Ghamiltha cara li ma naqbilx ma’ din it-teorija u nemmen li la r-rizultati jkunu nbidlu, xi haga differenti tkun qed issir.
Redknapp qal li l-kunfidenza tilghab parti importanti hafna fl-andament tat-tim. Huwa stqarr li meta ha t-tim f'idejh sab grupp ta' plejers b'moral baxx u minghajr ebda kunfidenza fihom infushom.
Biex dahhlilhom il-fiducja fihom infushom ghamel xi haga li tista' tidher semplici u elementari. "Naf li tinstema' stupida izda hafna plejers ma kienux qed jilghabu fil-pozizzjoni taghhom. Tottenham kienu tim mimli plejers jilghabu f'pozizzjonijiet li m'humiex komdi fihom. Minhabba f'hekk qatt ma setghu ikunu kunfidenti u jaghtu l-ahjar taghhom. Tkellimt maghhom u biddilt il-pozizzjonijiet ta' certu plejers. Dawn mill-ewwwel irrispondew u r-rizultati bdew gejjin".
Redknapp qal ukoll li t-tim kien zbilancjat u hu hadem biex jirranga din il-problema. Dan il-bilanc wassal ghal aktar konsistenza u meta r-rizultati jibdew gejjin tibda gejja wkoll il-kunfidenza. "Dahhalt lil Lennon fit-tim, Modric beda jilghab ahjar u Ledley King irritorna minn injury. Meta jilghab King rari nitilfu. Sfortunatament ghandu l-problema ta' rkopptu izda meta ma laghabx emmint f'Dawson u dan irrisponda b'wirjiet kbar"
Ledley King ibati minn injuru f'irkopptu li ma thalliehx jilghab aktar minn loghoba wahda f'gimgha. Fil-fatt dan rari jittrenja u jghaddi l-granet bejn loghoba u ohra fil-pool, fis-sala tat-terapija u fil-gym. Il-mistoqsija fuq mohh kull partitarju ta' Tottenham hija jekk dan jistax jerga' lura ghan-normal.
Skond Redknapp dan mhux se jsehh. "Le. King qatt m'hu se jkun jista' jittrenja regolarment. Il-bierah (lejlet il-loghoba) kienet l-ewwel darba li rajnieh din il-gimgha. Meta johrog fit-training grawnd ikun jista' biss jaghmel fti jogging, stretching u affarijiet zghar ohra". Redknapp spjega kif ikun biss lejlet il-loghoba li jkun jaf jekk King hux se jkun tajjeb ghal-loghob, "...u wara kull loghoba rkopptu tkun id-doppju ta' li hi".
Id-diskors waqa' fuq iz-zewg plejers ta' Tottenham Robbie Keane u Luka Modric. Tkellimna kif dawn jibdlu l-pozizzjoni taghhom kontinwament waqt il-loghoba u kemm huma mportanti ghat-tim.
Redknapp qal li dawn huma, "...zewg plejers intelligenti hafna, jafu l-importanza tal-moviment bla ballun u jikkaverjaw hafna lil xulxin. Emmint li dawn iz-zewg plejers ikunu tajba hafna flimkien u qed ituni ragun".
Minn din id-diskussjoni fuq it-tattika tkellimna dwar il-manigers in generali u esprimejt id-dizappunt tieghi ghal kif il-midja tipprogetta lill-manigers barranin bhala tatticisti kbar fil-waqt li tpoggi lil manigers Inglizi f'qoffa wahda taht it-timbru ta' motivaturi. Hafna drabi il-manigers Inglizi jigu mpingija li jibbazaw il-loghoba fuq il-passjonin aktar milli fuq l-intelligenza tattika.
Redknapp ma jaqbel xejn ma dan u din il-generalizazzjoni ddejqu. Huwa jemmen li hemm hafna manigers Inglizi tajbin filwaqt li fil-parti l-kbira il-manigers barranin kienu fortunati.
"Hafna manigers barranin gew imexxu lit-tmijiet il-kbar li jispiccaw regolarment fl-ewwel erba’ postijiet. Dan jaghmlilhom il-hajja aktar facli. Kieku l-istess manigers titfaghhom fis-sitwazzjoni ta' West Bromich Albion nahseb isibuha difficli hafna u r-rizultati ma jkunux l-istess. Intenni li hawn hafna manigers Inglizi jew Brittanici tajbin u nixtieq li xi darba dawn il-manigers jinghataw cans mal-klabbs il-kbar"
La semmejna l-klabbs il-kbar staqsejtu x'jahseb li jonqoshom Tottenham biex ikunu tassew jistghu jiccalingjaw ghal post ma' ta' fuq. Redknapp jemmen li Tottenham ghandhom bzonn tnejn jew tlett plejers ohra fis-Sajf biex ikunu tassew tim tajjeb.
"Iridu jkunu plejers tajbin. Plejers li jinsabu fl-ahjar taghhom u mhux plejers b'potenzjal. Naf liema setturi irrid insahhah u naf lil min irrid". Bi tbissima Redknapp kompla, "...izda mhux se nghidlek min huma ghax lanqas lic-Chairman ghadni ma ghidt".
Redknapp rega' tkellem dwar il-bilanc fit-tim u qal li din il-problema indirizzaha bl-akkwsit ta' Wilson Palacios minghand Wigan. "Palacios jaghti kollox ghal flokk, huwa f'sahhtu, aggressiv u fl-istess hin kapaci jilghab il-ballun. Ghandu kollox u l-partitarji jhobbuh ghax jarawh jistinka".
Staqsejtu jekk Tottenham ghandhomx jistennew plejers ohra tast-tip ta' Palacios izda r-risposta kienet wahd diplomatika. "Hemm zewg setturi li rrid insahhah. Naf liema huma imma mhux iz-zmien li nisvelahom".
Minn Palacios Redknap mexa ghal plejers ohra u qalli kif fl-opinjoni tieghu il-progress li ghamel id-difensur laterali Assou Ekotto kien, "...inkredibbli... jaf li nemmen fih, nahdem mieghu kuljum, jaf li jekk jaghmel zball mhux bilfors se jitlef postu ghax nemmen fih...dan kollu mlieh bil-kunfidenza u l-fiducja fih innifsu. Ghal plejer m'hemm xejn aghar mill-fatt li jilghab bil-biza' li jekk jaghmel zball se jitlef postu" Redknapp qal ukoll li Ekotto qed jigi meghjun mil-pozizzjoni ta'Modric fuq il-linja.
Redknapp ghalaq billi kkummenta wkoll dwar il-gowlkiper Heurelho Gomes u kif dan rega' ghall-ahjar tieghu. Apparti l-kunfidenza Redknapp attribwixxa hafna mill-mertu lil Tony Parks li gie ngaggat bhala kowc tal-gowlkipers mill-istess Redknapp.
"Tony Parks ghamel bicca xoghol kbira. Jahdem ma' Gomes kuljum, jitkellem mieghu u jibnilu l-fiducja fih innifsu. Ir-rizultati qed jidhru". Il-forma ta' Gomes qed thalli lil Carlo Cudicini fuq il-bank. Redknapp qal li Cudicini mhux kuntent fuq il-bank u hu jiddispjacih hafna ghal dan il-gowlkiper. Izda l-wasla tal-gowlkiper Taljan ma’ Tottenham gabet il-kompetizzjoni ghal Gomes u, ironikament, Cudicini stess ghin lil Gomes isib il-forma tieghu u jzommu barra mit-tim.
Qabel hallejt lil Redknapp jitlaq ghal impenji ohra ma stajtx ma nsemmilux lil Michael Mifsud. Naf li Redknapp kien interessat li jiehu lill-internazzjonali Malti ma' Portsmouth u staqsejtu x'jahseb mic-cansijiet li xi darba naraw lil Mifsud fil-Premier League.
"Huwa plejer tajjeb hafna. Segwejtu meta kien ma' Coventry u nahseb li hu plejer ecitanti. Huwa plejer ta' talent kbir u ghandu l-velocita favur tieghu. Issa ghandu bzonn jghaddi minn fazi ta' konsistenza u minn hemm inkunu nistghu nibdew nitkellmu dwar il-Premier League. Nahseb jista' jghmilha. Kull ma jrid hu li tigi l-opportunita"
U b'dik il-laqta lokali ghalaqna d-diskussjoni taghna u Harry telaq ghal aktar laqghat. Min jaf? Forsi mar jitkellem mac-cermen ta' Tottenham biex itarraflu dawk l-ismijiet li s'issa zamm mistura.
No comments:
Post a Comment